+353 (0)1 293 4300 info@irishpubcompany.com

Nagħtuk merħba għal The Irish Pub Company

Disinn. Manifattura. Installazzjoni. Ħsieb tal-Proġett.

 

 

Nagħtuk merħba għal The Irish Pub Company.

L-Imsieħba Uffiċjali tal-Guinness Irish Pub Concept.

Aħna noħolqu kull tip ta’ stabiliment – min ristoranti bbażati fuq tema partikolari għal pubs tradizzjonali, nightclubs u bars moderni.

Għandna uffiċji ġewwa Dublin, ġewwa l-Istati Uniti kif ukoll madwar il-Lvant Nofsani kollu – b’hekk kapaċi nieħdu ħsieb il-proġett tiegħek kemm fl-Ewropa u kif ukoll madwar id-dinja.

Għalfejn Għandek Tagħżel li Taħdem mal-Irish Pub Company

Illum l-investituri qed jifhmu l-potenzjal u l-opportunitajiet kbar li kapaċi jiksbu  jekk jiftħu Pub Irlandiż awtentiku u mmexxi sew.

Il-proposti relatati mal-ikel u x-xorb li nipprovdu aħna – l-Irish Pub Company u McNally Design, għandhom potenzjal enormi kemm jekk jitmexxew bħala postijiet għal rashom kif ukoll f’każ li jinfetħu ġewwa lukandi (own door) madwar id-dinja.

Il-proposti u l-kunċetti kollha tagħna huma ppjanati fuq il-bażi ta’ prinċipji tan-negozju sodi u joffru;

The Long Hall Irish Pub Malta created by McNally Design and the Irish Pub Company

Dħul fuq l-Investiment

Minn riċerka li saret fuq 1000 Pub Irlandiż, ħareġ li l-pubs tal-Irish Pub Company kellhom iktar bejgħ minn pubs iddisinjati minn kumpaniji oħra. Skont ir-riċerka ta’ Guinness, id-dħul minn pubs Irlandiżi awtentiċi huwa ogħla mill-medja ta’ dak tal-bars komuni.

Awtentiċità

L-Irish Pub Company, grazzi għad-disinnji u d-dekor awtentiċi li toħloq, tagħti sens ġenwin tal-kultura, tal-ambjent u tal-istandards Irlandiżi – eżatt kif issib fil-Pubs Irlandiżi tal-lum.

The Stubborn Goat Halifax created by McNally Design and the Irish Pub Company

Popolarità

Il-Pubs Irlandiżi ma jiġbdux biss lill-popolazzjoni Irlandiża tal-pajjiż iżda huma magħrufa bħala postijiet li jilqgħuk u fejn tista’ tħossok komdu. B’hekk jattiraw kull tip ta’ klijent.

Durty Nelly's Canada by the Irish Pub Company

Investiment li Jdum Irendi

Uħud mill-aqwa Pubs Irlandiżi ilhom ma jittiefsu ġenerazzjonijiet twal; għalkemm għadda ż-żmien qatt ma kellhom bżonn ebda investiment kbir.

Flessibilità

Il-Pub Irlandiż jiftaħ il-jum kollu. Għandu rabtiet speċjali mal-avvenimenti sportivi u mfittex f’ċertu jiem tas-sena; b’hekk huwa iktar faċli li tagħmel avvenimenti biex tiġbed lin-nies.

Mill-Idea sar-Riżultat

Kif l-Irish Pub Company taħdem miegħek

L-Irish Pub Company taħdem miegħek fejn jidħol id-disinn u biex tgħinek tibni n-negozju. Aħna nimxu minn idea; minn kunċett u niżviluppawlek isem għall-post tiegħek permezz ta’ disinn dettaljat li jinħadem u jinbena skont il-post tiegħek.

Żjara fuq il-Post

Xi ħadd mit-tim tagħna iżur il-post tiegħek biex flimkien mal-klijent, narawh, nagħmel survey tal-post u niddiskutu x’nistgħu nagħmlu bħala disinn.

Disinn u Isem

Aħna noħolqulek disinn u isem għall-post tiegħek. F’dan l-istadju noħolqu numru ta’ proposti ta’ kif jistgħu jitqiegħdu l-affarijiet, nippjanaw dekor li jqiegħed lill-klijenti f’burdata tajba u nispjegawlek għalfejn qed nagħmlu li qed nagħmlu, nagħtuk suġġerimenti fuq kif tibni l-isem u fejn ikun possibbli, nagħtuk stima ta’ kemm jista’ jiswik il-proġett.

Disinn Dettaljat

Ladarba l-ideat jiġu approvati, ngħaddu għad-disinn dettaljat. Is-servizzi pprovduti f’dan l-istadju jinkludu programm aġġornat tax-xogħolijiet, dekor u disinn ġenerali għall-post kollu inklużi s-soqfa u d-dwal, il-pjanti kollha u d-dettalji kollha tas-sinjali, ħġieġ, għamara, art u kull ħaġa oħra li se jkollok armata fil-post tiegħek.

Preparazzjoni tal-Pjanti

Aħna nimxu pass pass miegħek tul il-proċess kollha u nitkellmu mal-kuntratturi tiegħek inklużi n-nies tad-dwal, makkinarju u tal-bini biex ngħinuk tipprepara l-post. Lill-kuntratturi tad-dawl u l-ilma li tagħżel int, nagħtuhom il-pjanti kollha.

Manifattura u Fornitura

L-affarijiet ta’ ġewwa l-pub tiegħek se jinħadmu min-nies tas-sengħa u joiners fl-Irlanda. Aħna noħolqulek kollox inklużi l-Għamara Prinċipali (Bar u Wara l-Bar, Skrins, Armarji u Xkafef għax-Xorb), l-Għamara Ġenerali, l-Art, id-Dwal, l-Bric a Brac, Arti Apposta Għalik kif ukoll ix-Xogħol tal-Ħġieġ u tal-Ħadid.

Posta u Installazjoni

Kull ħaġa li se jkollok fil-pub se tintbagħat lejn il-post tiegħek u t-tim ta’ speċjalisti tagħna li jieħu ħsieb l-installazzjoni se jasal fuq il-post tiegħek u jarma l-pub.

Konsulenza tul il-Ħidma Tiegħek (Jekk Tixtieq)

L-Irish Pub Company tista’ toffri li tgħallem lin-nies tiegħek fuq il-post. Aħna noffru wkoll servizz ta’ konsulenza fejn ngħinuk tibni isem tajjeb għall-pub tiegħek u ngħinuk toħloq menu, atmosfera mużikali, nagħtuk suġġerimenti fuq l-intratteniment, informazzjoni dwar l-iktar dati importanti kif ukoll dwar il-kultura fil-Pubs Irlandiżi.

Il-Proġetti Tagħna

L-Irish Pub Company u McNally Design jagħtuk garanzija ta’ awtentiċità u ta’ proġetti tal-aqwa kwalità. Il-proġetti tagħna jagħtu lill-klijenti tagħna vantaġġ kompetittiv grazzi għal andament aħjar fejn jidħol il-bejgħ.

Bar Vittorjan

Bar u Pub Modern

Bar fejn issir il-birra

Pub Tradizzjonali Irlandiż

Ristoranti Messikani

Night Clubs

Bars tal-Whiskey

Ċentri tal-Viżitaturi

Disinn ta’ Ristorant

Bar tal-Post tax-Xogħol

Bars Ingliżi

Pub Irlandiż Qadim

Creating Exceptional Hospitality Concepts Worldwide Since 1979

Contact
+353 (0)1 293 4300

info@irishpubcompany.com

WHATAPP: 00353.86.042.3642

Location

1st Floor, The Courtyard,

Carmanhall Road,

Sandyford Business Park,

Dublin, Ireland

© The Irish Pub Company 2024. All Rights Reserved. Privacy. Sitemap.